Faniello skopra il-mużika f’età tenera. L-għalliema tiegħu tatu parir biex jattendi f’lezzjonijiet vokali. Madankollu, Faniello kellu interess ukoll fil-futbol. Fl-1997 hu lagħab għal sena f’Turin.
Meta kellu sittax-il sena, għażel li jagħmel il-mużika l-professjoni tiegħu u rritorna Malta. F’dawk is-snin ħareġ 3 albums ta’ suċċess kbir u diversi kanzunetti. Minkejja li l-aktar suċċess sar fil-gżejjer Maltin, il-kanzunetti tiegħu ħarġu wkoll f’pajjiżi Ewropej. Hu rnexxielu jażel fl-Aqwa 10 b'”The Whistel Hit” fl-Iżvezja, flimkien ukoll ma’ “Bye Baby Bye Bye” fl-istess pajjiż fl-2005.
Ipparteċipa fil-Festival tal-Eurovision fl-2001 u wasal sad-disa’ post. Hu pparteċipa diversi drabi fis-selezzjoni għall-Eurovision. Fl-2006, hu reġa’ kiseb id-dritt li jirrapreżenta lil Malta fil-Eurovision, imma din id-darba ma tantx kienet avventura ta’ suċċess għaliex Malta spiċċat l-aħħar b’punt wieħed biss.
Ix-xogħol fuq il-kanzunetti tiegħu isir il-biċċa l-kbira fil-Ġermanja u ħafna mill-kanzunetti kienu miktuba minn liriċisti Ġermaniżi.
Reviews
There are no reviews yet.